Imħabba Għal Kulħadd, Mibegħda Għal Ħadd

 

Our Blog
YouTube YouTube Facebook Pagna tal-Multimedia
Arabic Website
L-Iżlam
Iżlam

“Islam”, isem mogħti minn Alla għal din ir-reliġjon (Il-Koran Imqaddes, 5:4), hija kelma Għarbija li tfisser ubbidjenza u paċi. Iżlam hi mnissla mill-kelma Għarbija “SALEMA”: paċi, purità, sottomissjoni u ubbidjenza. Għalhekk, l-Iżlam jista’ jitfisser bħala ‘it-triq ta’ dawk li huma ubbidjenti lejn Alla u li huma jistabbilixxu l-paċi miegħU u mal-kreaturi tiegħU’. Is-segwaċi tiegħu jissejħu “Musulmani”. L-Iżlam mhux twemmin ġdid. Huwa, fl-essenza tiegħu, l-istess messaġġ u gwida liema Alla irrivela lill-Profeti kollha qabel il-Profeta Muħammad, il-paċi u l-barka t’Alla jkunu miegħu. 

L-aktar sitt punti importanti tal-fidi fl-Izlam

  1. Biex temmen li Alla hu Wiehed.
  2. Biex temmen fl-Angli kollha tieghU
  3. Biex temmen fil-Kotba kollha tieghU
  4. Biex temmen fil-Profeti kollha tieghU
  5. Biex temmen fil-jum tar-Rezurrezzjoni
  6. Biex temmen fl-Ordni ta’ Alla

Il-Ħames Kolonni tal-Iżlam

L-Iżlam jistrieħ fuq ħames prinċipji bażiċi. Ibn Umar irrakkonta li l-Messaġġier ta’ Alla – il-Profeta Muħammad, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu, qal; l-Iżlam qiegħed fuq ħames prinċipji, li huma:

  1. Li temmen f’Alla u ma jkollokx alla ieħor u li Muħammad hu l-Profeta ta’ Alla.
  2. Li tosserva t-talb.
  3. Li tħallas iż-Żakat (il-karità).
  4. Li ssum matul ir-Ramadan.
  5. Li tmur għall-pellegrinaġġ u żżur id-Dar t’Alla f’Mekka.