Imħabba Għal Kulħadd, Mibegħda Għal Ħadd

 

Our Blog
YouTube YouTube Facebook Pagna tal-Multimedia
Arabic Website
Alla l-Eżaltat
Alla

Alla – Isem ta’ Wieħed, is-Suprem. Alla huwa s-Sid tal-Univers, Huwa tabilħaqq jisma’ kollox u jaf kollox. Għandu Attributi differenti, u l-Attributi kollha tiegħU huma eterni u dejjiema. Huwa l-Uniku u Wieħed u ħadd mhu daqsU. Alla jista’ kollox. Huwa Dak li m’għandu lil ħadd jaqsam miegħu l-Attributi tiegħU. Hu perfett fl-Attributi kollha tiegħU.

Il-Fundatur tal-Komunità Aħmadija kiteb: 

“Il-Ġenna tagħna qiegħda f’Alla tagħna. L-ogħla għaxqa tagħna hi f’Alla tagħna għaliex aħna rijnieĦ u sibna kull sbuħija fiĦ. Din l-għana hi siewja li tiksibha, ukoll (anke) jekk ikollok tagħti ħajtek biex tksibha. Dan ir-rubin jiswa li takwistah għalkemm jista’ jkun li titlef ħajtek biex tiksbu. Intom li intom abbandunati, iġru lejn din il-għajn u hi taqtagħlek l-għafx. Hi l-għajn tal-ħajja li ser issalvak. X’għandi nagħmel, u b’liema tanbur ser inxandar din l-aħħar li dan hu Alla tiegħek, sabiex in-nies jisimgħu? X’rimedju għandi napplika għal widnejhom sabiex huma jisimgħu? Jekk inti tappartieni lil Alla, kun żgur li Alla tassew jappartieni lilek.”

(Kixti Nuħ: Ruħani Ħaża’in, id-19-il volum, paġni 21-22).

“Isimgħu intom li għandkom widnejn biex tisimgħu: X’inhu dak li Alla jrid minnkom? Din il-ħaġa biss li intom tkunu tiegħU biss u ma ddaqqasu xejn miegħU, la f’din id-dinja u l-anqas fil-Ġenna. Alla tagħna hu Dak li Hu Ħaj illum daqs li dejjem kien. L-istess, Hu jitkellem illum daqs meta Hu kien jitkellem fil-passat; Hu jisma’ daqs kemm kien jisma’ qabel. Li taħseb li Hu biss jisma’ iżda ma jitkellimx f’dan iż-żmien hu twemmin fieragħ. Tassew, Hu jisma’ kif ukoll jitkellem. L-attributi kollha tiegħU huma eterni u għal dejjem. L-ebda waħda mill-attributi tiegħU qatt ma twaqqfet (ġiet sospiża), lanqas qatt ma jistgħu jkunu. Hu l-istess Esseri Uniku li m’għandux l-ebda msieħeb. Hu la għandu ibnu u lanqas martu, u Hu l-istess Esseri Etern li m’għandux ta’ mparu, u m’hemm ħadd jixbah lilu. M’hemm ħadd bħalu fl-attribut tiegħU: l-ebda waħda mis-setgħat tiegħU qatt ma tbatti. Hu qiegħed qrib, għad li ‘l bogħod; mbiegħed, iżda fl-istess ħin viċin. Hu l-Ogħla fost l-għoljin, iżda ma tistax tgħid li hemm xi ħadd taħtU aktar ‘il bogħod minnu. Hu qiegħed fil-Ġenna, iżda ma tistax tgħid li Hu mhux qiegħed fuq l-art Hu jiġbor fiH innifsu l-aktar attributi perfetti u juri biċ-ċar il-virtuijiet li tassew jistħoqqilhom tifħir. Hu n-Nisel ta’ kull eċċellenza. Hu s-Setgħani li jista’ kollox. Kull ħaġa tajba ġejja minnU u għandU l-ħwejjeġ kollha jiġulura (jirritornaw). Kull ħaġa posseduta tappartieni lilU, fiH l-ogħla kapaċitajiet jingħaqdu. Hu ħieles minn kull tebgħa, m’għandux dgħju fija. Hu Uniku fid-dritt tiegħU li jqimuh dawk kollha li jgħixu fl-art jew li jippartienu l-Ġenna.”

Alla

Qwiel tal-Profeta Qaddis tal-Iżlam: 

Abū al-Dardā’ (l-għaxqa ta’ Alla fuqu) jirrakkonta li l-Profeta Qaddis (is-sliem fuqu) qal li l-Profeta David (is-sliem fuqu) kien jitlob hekk: 

“Ja Alla, nitolbok l-imħabba tiegħek, u l-imħabba ta’ dawk li jħobbuk. Nitolbok il-ħidma li twassalni għall-imħabba tiegħek. Ja Alla, agħmel li l-imħabba tiegħek tkun egħżeż għalija minni nnifsi, minn niesi, u mill-ilma kiesaħ.” (Tirmidī)

‘Abū Hurajra (l-għaxqa ta’ Alla fuqu) jirrakkonta li l-Profeta Qaddis (is-sliem fuqu) qal: 

“Hemm tliet affarijiet li fihom il-bniedem isib il-ħlewwa tat-twemmin: li Alla u l-Mibgħut tiegħu ikunu l-egħżeż għalih fuq kull ħaġa oħra, li jħobb lill-bniedem għal Alla, u li jobgħod li jerġa’ lura għan-nuqqas ta’ twemmin, wara li Alla ħelsu minnu, daqs kemm jobgħod li jinxteħet fin-Nar.” (Buħārī)  

‘Abū Hurajra (l-għaxqa ta’ Alla fuqu) jirrakkonta li l-Profeta Qaddis (is-sliem fuqu) qal:

“Kieku min jemmen kellu jkun jaf il-kobor tal-kastig ta’ Alla, kieku ħadd ma jittama li jidħol il-Ġenna. U kieku min ma jemminx kellu jkun jaf bil-ħniena (bla tarf) ta’ Alla, kieku ħadd ma kien jaqta’ jiesu mill-Ġenna.” (Muslim) 

tila bin al-’Asqagħ (l-għaxqa ta’ Alla fuqu) jirrakkonta li l-Profeta Qaddis (is-sliem fuqu) jgħid li Alla l-Imbierek u l-Għoli jgħid: 

“Jiena nġib ruħi mal-qaddej tiegħi skont dak li jifhem dwari u dak li jistenna minni. Mela ħa jaħseb dwari dak li jrid.”(Buħārī) 

‘Abū Hurajra (l-għaxqa ta’ Alla fuqu) jirrakkonta li l-Profeta Qaddis (is-sliem fuqu) qal li Alla l-Qawwi u l-Għoli jgħid: 

“’Jiena nġib ruħi mal-qaddej tiegħi skont dak li jifhem dwari u dak li jistenna minni, u Jiena nkun miegħu kull fejn jiftakarni.’ Alla jifraħ aktar bl-indiema tal-qaddej tiegħu milli jifraħ xi ħadd minnkom li kieku kellu jitlef il-ġemel tiegħu fid-deżert, imbagħad isibu. All jgħid: ‘Min joqrob lejja b’xiber, noqrob lejh b’tul ta’ driegħ, u min joqrob lejja b’tul ta’ driegħ, noqrob lejh b’tul ta’qama. U jekk jiġi lejja bil-mixi, arani nersaq lejh mgħaġġel.’” (Muslim) 

‘Abū Hurajra (l-għaxqa ta’ Alla fuqu) jirrakkonta li l-Profeta Qaddis (is-sliem fuqu) qal: 

“Darba waħda kien hemm raġel li kien dineb ħafna kontra tiegħu nnifsu. Meta kien wasal biex imut, qal lil uliedu: ‘Meta mmut, aħarquni u isħquni sa ma ġismi jsir trab. Imbagħad xerrduni fir-riħ, fil-baħar. Naħlef fuq Alla li jekk Alla jaqbadni, żgur jagħtini kastig li ma ta lil ħadd ieħor qabel.’” Imbagħad il-Profeta Qaddis (is-sliem fuqu) qal: ”Ulied dak ir-raġel għamlu kif qalilhom, iżda Alla ordna lill-art: ‘Rodd lura (l-fdalijiet kollha ta’ ġisem dak ir-raġel) li ħadt!’ B’hekk dak ir-raġel inġieb quddiem Alla. Alla staqsieh: ‘X’ġiegħlek tagħmel hekk?’ Wieġbu: ‘Il-biża’ kbir minnek ġagħalni nagħmel hekk, ja Mulej.’ Għalhekk Alla ħafirlu. (Buħārī)