Imħabba Għal Kulħadd, Mibegħda Għal Ħadd

 

Our Blog
YouTube YouTube Facebook Pagna tal-Multimedia
Arabic Website
Ahmadiyya Muslim Community
Il-Komunità Aħmadija Musulmana

“Imħabba Għal Kulħadd Mibegħda Għal Ħadd”

Il-Komunità Aħmadija Musulmana hija Organizzazzjoni reliġjuża internazzjonali b’fergħat f’aktar minn 193 pajjiż, imferrxa madwar l-Afrika, l-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika ta’ Isfel, l-Asja, l-Awstralja u l-Ewropa. Din hija denominazzjoni moderna, b’membri internazzjonali li jgħoddu l-miljuni.

Il-Komunità Aħmadija ġiet stabbilita fl-1889 minn Ħażrat Mirża Gulam Aħmad (1835-1908), f’villaġġ żgħir u remot, Kadjan, fil-Punġab, l-Indja. Huwa ddikjara li kien ir-riformatur ta’ żminijietna, il-Mistenni tal-Komunità dinjija tar-reliġjoniet (il-Messija u l-Maħdi).

Din il-Komunità li waqqaf hija magħmula mill-messaġġ benevolenti tal-Iżlam – paċi, fraternità universali u dedikazzjoni għar-Rieda t’Alla – fil-forma purissima tagħha.

Ħażrat Mirża Gulam Aħmad ipproklama l-Iżlam bħala r-reliġjon tal-bniedem: ‘’Ir-reliġjon  tal-bnedmin tat-triq it-tajba’’ (Il-Koran Imqaddes: 98:6)

Il-Messija Mwieghed

B’din il-konvinzjoni, f’temp ta’ seklu, il-Komunità Aħmadija nfirxet madwar id-dinja kollha. Kull fejn ġiet stabbilita din l-Ordni, fittxet li toħloq influwenza kostruttiva tal-Iżlam permezz ta’ proġetti soċjali, istituti edukattivi, servizzi tas-saħħa, pubblikazzjoniet Iżlamiċi u bini ta’ Moskej (li huma l-postijiet ta’ mħabba u paċi), minkejja l-persekuzzjoni ħarxa f’ċerti pajjiżi.

Il-Musulmani Aħmadi kisbu r-reputazzjoni ta’ nies li jħarsu l-liġijiet, li jridu l-paċi u li għalhekk huma komunità benevolenti.

Il-Komunità Aħmadija fl-Iżlam kienet maħluqa permezz ta’ interċezzjoni divina bl-għan li jagħtu l-ħajja lill-morali Iżlamiċi u l-valuri spiritwali. Hija tinkoraġġixxi d-djalogu bejn reliġjonijiet differenti, filwaqt li tiddefendi l-Iżlam u tipprova tikkoreġi l-miżinterpretazzjonijiet li jeżistu dwar dan it-twemmin. Hija tħaddan il-prinċipji tal-paċi, tat-tolleranza, tal-imħabba u r-rispett bejn segwaċi ta’ twemmin differenti. Hija żżomm sod u taġixxi fuq it-tagħlim Koraniku. “Mhemmx sfurzar fir-reliġijon.” (Il-Koran Imqaddes: 2:257)

Hija tikkundanna bil-qawwi l-vjolenza u t-terroriżmu ta’ kull għamla jew raġuni.

Din il-Komunità toffri preżentazzjoni ċara tal-għarfien Iżlamiku, il-filosofija, il-moralità u l-ispiritwalità skont kif jippriedka l-Koran Imqaddes u l-prattika (Sunnah) tal-Profeta Qaddis tal-Iżlam Muħammad, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu. Il-Komunità Aħmadija temmen u tipprattika l-motto tagħha;

“Imħabba Għal Kulħadd Mibegħda Għal Ħadd”

Xi Musulmani Aħmadi, bħal Sir Muħammad Żafrullah Khan (li serva bħala l-ewwel ministru tal-affarijiet barranin tal-Pakistan; President tas-17-il Assemblea Ġenerali tal- U.N.O; president u mħallef tal-Qorti internazzjonali tal-Ġustizzja f’Hague), u Dr. Abdus Salam (li ġie ppremjat bil-premju Nobel fil-Fiżika fl-1979), ukoll ġew rikonoxxuti mill-komunità dinjija għas-servizzi u s-suċċessi tagħhom.

Għal iktar informazzjoni

Il-Komunità Aħmadija Musulmana Il-Komunità Aħmadija Musulmana